Chelsea jsegwu player ta’ Valencia

    Chelsea huma nteressati li jiffirmaw lill-player ta’ Valencia, Jose Gaya, fis-sajf li ġej.

    Il-Blues bħalissa qed iservu projbizzjoni ta’ żewġ twieqi tat-trasferimenti wara li kisru r-regoli fir-rigward tal-ingaġġ ta’ players żgħażagħ.

    Iżda l-Pensioners diġá qed jagħmlu l-pjani tagħhom għas-sajf li ġej u jidher li l-ewwel mira tagħhom huwa d-difensur tal-klabb Spanjol, Gaya.

    Il-player ta’ 24 sena lagħab 197 partita għal Valencia mindu għamel id-debutt magħhom, fl-2012.

    L-internazzjonali Spanjol iffirma kuntratt ġdid fit-tul ma’ Los Che fis-sajf li għadda u għandu klawsola ta’ €100 miljun.

    Chelsea jridu lil Gaya biex ikun is-sostitut ta’ Marco Alonso li tilef postu għal Emerson Palmieri fl-istaġun li għadda.