Manchester United qed jikkunsidraw li jagħmlu offerta għal Paulo Dybala

    Manchester United qed jikkunsidraw li jagħmlu offerta għall-attakkant ta’ Juventus, Paulo Dybala, f’Jannar li ġej.

    Fil-ġimgħat li għaddew, l-internazzjonali Arġentin ġie assoċjat li seta’ jmur jilgħab f’Old Trafford jew inkella jingħaqad ma’ Tottenham Hotspur.

    Madankollu l-ebda wieħed minnhom ma rnexxielu jingaġġah miegħu minħabba t-talba eċċessiva tas-salarju tiegħu.

    Iżda issa jidher li r-Red Devils se jagħmlu offerta għalih f’Jannar li ġej u jilħqu l-kriterja tat-talba tiegħu.

    Dybala, li lagħab 14-il minuta biss s’issa f’dan l-istaġun, se jara li l-kuntratt attwali tiegħu f’Allianz Stadium jiskadi f’Ġunju 2022.