Jagħżel li ma jitlobx 'bail' għax m'għandux fejn joqgħod

    Raġel ta' 29 sena imressaq fuq akkużi ta' droga…

    Awet Estifanos Weldetinsae, raġel ta' 29 sena mill-Eritrea, tressaq il-Qorti nhar it-Tlieta li għadda, wara li inqabad ġewwa Paceville b'pussess ta' madwar 30 kilogramma droga, fosthom kokaina u kannabis.

    Weldetinsae kien akkużat bi traffikar tad-droga, minħabba li skont l-uffiċjal prosekutur, l-ammont li kellu fuqu kien ammont ħafna ikbar min dak li seta jkollu għall-użu personali tiegħu. Huwa wieġeb mhix ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

    L-akkużat ma talabx għall-ħelsien mill-arrest, u skont l-avukata tal-għajnuna legali  Yanika Bugeja, li kienet qegħda tippreżenta lill-akkużat, dan ma seħħx minħabba li r-raġel mgħandux post fiss fejn jista joqgħod.

    Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat. Victor Axiak, bl-Ispettur Kevin Pulis imexxi l-prosekuzzjoni.