“Ħajjitna qatt mhi se tkun l-istess, u n-nuqqas tiegħek se jkun qed jinħass bil-kbir” … “Ibqa’ ħu ħsiebna”

    “Tir mal-anġli Ma!” … “Ibqa’ ħu ħsiebna.” Hekk kitbet Amy, bint Anna Pace li lbieraħ filgħaxija mietet għall-għarrieda waqt li kienet fuq btala flimkien ma’ grupp ta’ turisti Maltin oħrajn fl-Italja.

    Filwaqt li qalet li dan kien kumment li qatt ma kienet tobsor li kellha tikteb, it-tfajla żiedet tgħid li “ħajjitna qatt mhi se tkun l-istess, u n-nuqqas tiegħek se jkun qed jinħass bil-kbir.”

    Intant il-katavru ta’ Anna ttieħed l-isptar ta’ Fermo, u mistenni li jinġieb Malta fis-sigħat li ġejjin.

    ARA WKOLL: Mara Maltija tmut għall-għarrieda f'restorant waqt btala fl-Italja