Il-pagi ta’ Juventus kważi jlaħħqu t-€300 miljun

    Juventus huma l-aktar club fl-Italja li jħallas f’pagi lill-players tagħhom.

    Bħalissa l-ammont ta’ salarji huwa dak ta’ €294 miljun fis-sena li prattikament huwa d-doppju ta’ Inter li huma ta’ €155 miljun.

    L-attakkant internazzjonali Portugiż, Cristiano Ronaldo, huwa l-aktar player imħallas meta jaqla’ €31 miljun ... erba’ darbiet aktar mit-tieni l-aktar player imħallas, Matthijs de Ligt, li jaqla’ €8 miljuni!!

    L-akkwisti l-ġodda, Aaron Ramsey u Adrien Rabiot, jaqilgħu €7 miljuni fis-sena b’dan tal-aħħar għandu wkoll bonuses li jammontaw għal €2 miljuni oħra.