Jacob Zerafa jikseb riżultati sodisfaċenti fil-kampjonat BMX fl-Awstrija

    Riċentament it-tfajjel Għawdxi, Jacob Zerafa, ħa sehem b'suċċess fil-Kampjonat BMX li sar, f’Alpeadria f’Muhlen, l-Awstrija. Din kienet it-tieni esperjenza internazzjonali tiegħu wara li kien ipparteċipa fil-BMX Cup li kienet saret f’Verona.

    Għalih din kienet esperjenza oħra barra minn xtutna wara li issa ilu ftit snin jipprattika dan l-isport favorit tiegħu fil-faċilitajiet li l-Malta BMX Association għandha f’Pembroke.

    Is-Sibt, Jacob ikkwalifika għall-finali ta’ Grupp A fil-11-il round biex b’hekk għadda għall-fażi finali billi daħal darba l-ewwel u darbtejn fit-tielet pozizzjoni fl-ewwel tliet rounds tal-kampjonat. Kumplessivament Jacob spiċċa fis-sitt post minn 21 parteċipant.

    Fit-tieni ġurnata tat-tlielaq tiegħu fl-Awstrija, l-għada l-Ħadd, sfortunatament huwa ma żammx il-pass tal-ġurnata preċedenti fejn fit-12-il round huwa spiċċa t-tielet fil-finali tal-kategorija ta’ Grupp B.

    Din il-parteċipazzjoni ta’ Jacob kienet possibbli bl-għajnuna li dejjem isib mill-ġenituri tiegħu fejn fil-fatt kienu huma li akkumpanjawh fl-Awstrija.

    Huma jroddu ħajr lil Federaz­zjoni Maltija taċ-Ċikliżmu, kif ukoll lill-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana, lill-coach Corrado Toso u lil 48erre BMX team għas-sapport kollu tagħhom.

    Bla dubju din kienet esperjenza internaz­zjonali ferm utli u li ser tkompli tgħin lil Zerafa biex itejjeb il-prestazzjonijiet tiegħu f’din l-etá żgħira li għandu.

    Fil-fatt dan huwa l-awgurju tal-As­soċjazzjoni Maltija tal-BMX biex b’dawn l-esperjenzi barra minn xtutna, il-membri tagħha jkomplu jgħollu l-livell tagħhom.