Omm tbiegħ lil uliedha biex tħallas il-kontijiet fuq il-kards bankarji... u tixtri mowbajl ġdid

    Omm Ċiniża, iddeċidiet li tbiegħ lil uliedha subien, tewmin, għal madwar £7,400, biex tkun tista' tħallas id-dejn u l-kontijiet li akkumulat tal-kards bankarja, kif ukoll mowbajl ġdid. 

    Iż-żewġ subien, li bil-kemm kienu ilhom ġimagħtejn f'din id-dinja inbiegħu lil żewġ familji separati li joqogħdu 700 kilometru 'l bogħod mill-lokalità li toqgħod l-omm bijoloġika. 

    Quddiem dan il-każ xokkanti, l-Pulizija, rnexxiela taqbad lill-koppja u rritornat lit-tewmin għand in-nanniet tagħhom. L-omm qalet li hi ħadet dan il-pass għax kienet mgħarqa fid-dejn. Jidher li l-ġenituri tal-missier ma approvawx li binhom jieħu ħsieb lit-tewmin. Dan għaliex it-tewmin kienu kkonċeputi barra ż-żwieġ. 

    Jekk jinstabu ħatja, il-koppja għandhom ikla ħabs mhux ħażin x'tistennihom.