Twelled tewmin fl-età ta’ 73 sena... il-missier isofri attakk f'qalbu ftit wara l-ewwel kummenti

    Każ rarissimu seħħ fl-Indja u dan hekk kif mara ta’ 73 sena welldet tewmin. Dan sar wara li għamlet trattament tal-IVF. Il-każ seħħ f’Guntur.

    Kien il-missier li kkummenta l-ewwel u qal li jinsab ferħan se jtir. Il-ferħ tiegħu iżda ma tantx dam. Dan għax ftit sigħat wara li welldet martu, ir-raġel tah attakk tal-qalb. Hu kellu 82 sena.

    L-omm welldet fi proċess ta’ ċesarja minħabba l-età tagħha. Hi stqarret li hi u r-raġel tagħha kienu ilhom jippuvaw biex ikollhom tarbija iżda qatt ma rnexxielhom qabel.