“Le aħna mhux kollha xorta... minflok sparajt apprezzajt din it-tajra!” - Kaċċatur favur kaċċa responsabbli

    Ritratt li qiegħed jiċċirkola fil-midja soċjali huwa dak ta’ kaċċatur lokali li flimkien ma’ ritratt li ħa aktar kmieni hemeż il-kliem “Le aħna mhux kollha xorta! Inġusta li mal-ħażin jeħel it-tajjeb!”

    Il-kaċċatur kompla biex jispjega li minkejja li ħafna jemmnu li l-kaċċaturi huma xi nies “ħżiena u qerrieda”, ħafna minnhom jipprattikaw dan id-delizzju b’responsabilità.

    Il-kaċċatur ikompli jgħid li minkejja li waqt li kien qiegħed għall-kaċċa għaddiet minn quddiemu tajra protetta u li bħal bla ma trid ħafna mill-kaċċaturi jaħsbuha darbtejn u jħokku rashom meta tgħaddi minn quddiemhom, dawk għaqlin qatt ma jaslu biex iniżżluha.

    Huwa temm jgħid li prova ta’ dan huwa għażel li jieqaf u jieħu dan ir-ritratt bit-tama li jitfa’ xaqq ta’ tama f’dawk li ma jemmnux li ħafna mill-kaċċaturi jixtiequ jkomplu jipprattikaw dan id-delizzju billi jikkonformaw mal-liġi.