Il-Gvern ġdid Taljan jirbaħ vot ta’ fiduċja fil-Parlament

    Is-sitwazzjoni politika fl-Italja, jew aħjar il-Gvern ġdid Taljan, ħadu nifs ta’ sodisfazzjon u dan hekk kif il-Gvern ġdid Taljan rebaħ vot ta’ fiduċja fil-Parlament. Dan sar b’maġġoranza komda. Il-Gvern kiseb appoġġ ta’ 343 deputat filwaqt li 263 ivvutaw kontra. Kien hemm 3 astensjonijiet. 

    F’reazzjoni wara r-riżultat, il-Prim Ministru Guiseppe Conte qal li huwa sodisfatt bir-riżultat.Dan kien l-ewwel vot ta’ fiduċja fil-Gvern il-ġdid ta’ Conte, wara li l-koalizzjoni bejn il-Movimento Cinque Stelle ta’ Luigi di Maio u Lega Nord ta’ Matteo Salvini sfaxxat ix-xahar li għadda. Illum, il-Gvern Taljan se jiffaċċja vot ta’ fiduċja ieħor li huwa iktar iebes li se jittieħed mis-Senat Taljan.