Il-‘CABS’ joffru €2,500 għal min jipprovdi evidenza li twassal għall-arrest ta' min hu responsabbli

    Il-Kumitat Kontra l-Qtil tal-Għasafar magħrufin bħala ‘CABS’ ħabbar fuq il-paġna ta’ facebook li s-somma ta’ €2,500 se tingħata lil min jgħin biex jipprovdi evidenza li twassal għall-arrest ta’ min seta’ wettaq ħsara lil membri tagħhom.

    L-ewwel każ seħħ f’Binġemma fejn diversi membri konservazzjonisti spiċċaw b’tiri sparati fl-inħawi tagħhom. Membri oħra rritornaw lejn il-vettura tagħhom li kienet ipparkjata fil-Wied tal-Girgenti u li kienet sofriet ħsara b’tiri fil-fanal fost partijiet oħra.