“Flimkien fit-tajjeb u fil-ħażin” - Omm b’messaġġ b’saħħtu dwar il-kruha tal-kanċer

    Omm xerrdet ritratt taż-żewġ uliedha biex turi l-kruha tal-kanċer. Iċ-ċkejken Beckett Burge minn Princeton f’Texas skopra li kellu kanċer fid-demm li jaffettwa l-għadam.

    Minn dakinhar iċ-ċkejken ilu xhur dieħel u ħiereġ mill-isptar u konsegwentament jispiċċa għajjien u ma jiflaħx.

    Il-pożittiv tar-ritratt hija oħtu Aubrey li kienet viċin tiegħu f’ħafna mill-mumenti diffiċli u dan juri kemm il-marda mhux biss taffettwa l-individwu, iżda anke lill-familja.

    L-omm spjegat li ħafna jitkellmu dwar il-problema finanzjarja li jidħlu fiha l-ġenituri jew l-ammont ta’ mediċini li jittieħdu, iżda rari tisma’ dwar żewġt itfal li filli jiġru wara xulxin biex jilagħbu u ftit wara jispiċċaw f’kamra kiesħa fl-isptar.