Statistika pożittiva oħra fis-settur tat-turiżmu

    B’reazzjoni għall-istatistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dalgħodu, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi nnota r-riżultati pożittivi li ġew irreġistrati minn pajjiżna matul ix-xahar ta’ Lulju 2019.

    Skont l-istatistika maħruġa, it-turiżmu f’Lulju 2019 żdied b’5.2% meta kkumparat mas-sena l-oħra, filwaqt li kkumparat mas-sena l-oħra, it-turiżmu minn Jannar sa Lulju żdied b’4.2%. Hu pożittiv ukoll il-fatt li l-ispiża tat-turiżmu f’dan l-istess perjodu żdiedet b’4.3%.

    “Dawn ir-riżultati jikkonfermaw kemm il-miżuri tal-gvern fis-settur tat-turiżmu, fosthom iż-żieda fil-konnettività tal-ajru, l-introduzzjoni ta’ avvenimenti ġodda u t-titjib fil-prodott turistiku, qed iħallu l-frott”, sostna l-Ministru.