Johnson jerġa' jfalli milli jsejjaħ elezzjoni bikrija

    Il-Membri Parlamentari għal darba oħra ma laqgħux it-talba tal-Prim Ministru Boris Johnson biex issir elezzjoni bikrija.

    Hekk kif bdiet il-ħames ġimgħa mill-bidu tas-sospensjoni tal-parlament, 293 MP’s vvutaw favur il-mozzjoni ta’ Johnson, numru ’l bogħod minn dak meħtieġ.

    Aktar qabel l-oppożizzjoni kkonfermat li ma kinitx se taqbel mal-mozzjoni tal-Prim Ministru u żiedet tgħid li jeħtieġ qabel tissejjaħ elezzjoni jeħtieġ li l-Parlament jgħaddi liġi li twaqqaf t-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim.

    Il-Parlament se jkun qiegħed jerġa’ jiftaħ fl-14 ta’ Ottubru.