Tliet persuni mejtin u persuna oħra rapportata bħala li ndarbet serjament fi sparatura fl-Olanda

    Tliet persuni nqatlu fil-belt Olandiża ta’ Dordrecht f’dik li qed tkun rapportata bħala sparatura li seħħet f’residenza privata. Jidher li persuna oħra sfat midruba serjament.

    Il-pulizija lokali qalu li nidew investigazzjoni madankollu ma taw l-ebda dettall aktar, madankollu jidher li t-traġedja seħħet f’residenza ta’ uffiċjal tal-pulizija.

    Dan il-fatt ma ġiex konfermat mill-awtoritajiet.

    Is-Sindku tal-blet, Wouter Kolff, permezz ta’ Twitter qal li kien seħħ inċident serju ħafna, bil-ħin indikat li fih seħħ l-inċident ikun ttas-6.30 p.m.