Amerikan isir ''l-ewwel persuna fid-dinja li jmut'' kaġun tal-vaping

    Skont dak li qed ikun imxandar mill-midja internazzjonali, raġel Amerikan minn Illinios sar "l-ewwel raġel li miet" kaġun tal-vaping, tipjip alternattiv flok it-tipjip tas-sigaretti. Skont iċ-Ċentru għall-Kontrol u l-Prevenzjoni tal-Mard dan jista' jkun l-ewwel każ fatali li huwa abbinat mal-vaping. Iċ-Ċentru kompla jgħid li dan ir-raġel huwa wieħed mill-200 każ ta' individwi li kienu ċċertifikati li qed ibatu minn mard pulmonari u li kienu jivvejpjaw. 

    Fost l-awtoritajiet Amerikani qed tiżdied il-biża' minħabba l-fatt li qed jiżdiedu b'rata mgħaġġla u allarmanti l-każijiet ta' persuni li jbatu minn sintomi jew mard pulmonari u li jagħmlu użu mill-vaping. Għalhekk qed isir studju intensiv biex ikunu jdentifikati is-sintomu fit-tul li l-vaping jista jikkaġuna lin-nies.