59 sena mill-mewt li ħasad il-pajjiż... il-mewt taċ-ċkejken tibqa' misteru tant snin wara

    Illum 23 ta’ Awwissu jaħbat 59 sena anniversarju mill-mewt taċ-ċkejken Twanny Aquilina li bil-mewta kiefra tiegħu ħasad il-pajjiż. It-Tifel ta’ tmien snin kien instab mejjet fir-residenza ġewwa Triq San Duminku, l-Belt Valletta.

    Hu kien instab filgħaxija mill-Pulizija wara rapport ta’ tifel li kien waqa’ minn għoli. Minkejja dan fil-post instabet sikkina bid-demm bis-suspettati ewlenin ma jkunu ħadd ħlief ommu Ġiġa u missieru tar-rispett Leli.

    Wara investigazzjonijiet li saru, it-tnejn kienu akkużati bil-qtil taċ-ċkejken Twanny. Leli weħel 20 sena ħabs filwaqt li Ġiġa ingħatet il-forka tal-mewt. Aktar tard Ġiġa appellat is-sentenza u minflok kienet weħlet għomorha l-ħabs. Il-pajjiż safa konfuż hekk kif għaxar snin wara, Ġiġa kienet ġiet meħlusa.

    Wara tant snin, l-istorja ta’ dan iċ-ċkejken għadha tidwi u kulħadd għadu jistaqsi dwar il-mewt tiegħu. F’intervista li kienet tat fuq RTK f’Ottubru,1993 Ġiġa kienet qalet:

    “Kif tista’ omm tasal biex toqtol lil binha? Lil ibni nitolbu biss jaqlagħli l-grazzja li mqar ħames minuti qabel immut insir naf min kien li qatlu”.

    Ritratti: Tony Buttigieg