Jordan Veretout irid post mat-team nazzjonali Franċiż

    Il-player ta’ nofs il-ground ta’ Roma, Jordan Veretout, qal li l-obbjettiv tiegħu mal-Giallorossi huwa li jgħinhom sabiex jispiċċaw mal-ewwel erba’ timijiet fil-klassifika u eventwalment jiksbu post fil-UEFA Champions League.

    Fuq nota personali huwa qal li jrid jiġi kkunsidrat iktar mill-coach tat-team nazzjonali Franċiż, Didier Deschamps, sabiex ikollu post fil-Kampjonat Ewropew li se jsiru f’Ġunju li ġej.

    Veretout li qabel kien jilgħab ukoll ma’ Nantes, Aston Villa, St Etienne u Fiorentina, qal li Deschamps kien sejjaħlu darbtejn fil-lista proviżorja iżda qatt ma rnexxielu jidħol fl-iskwadra l-proprja.

    Veretout għandu 26 sena u ngħaqad ma’ Roma matul dan is-sajf.