Mercedes-Benz tespandi l-komunikazzjoni globalment

    Mercedes-Benz qed tespandi l-komunikazzjoni diġitali tagħha lill-ġurnalisti.

    Fuq Twitter @MB_Press, il-kumpanija se tkun qed tikkomunika kontenut esklussiv flimkien ma’ informazzjoni eċitanti. Dan il-mezz jipprovdi wkoll informazzjoni li mhux disponibbli fi stqarrijiet għall-istampa.

    Mercedes-Benz qed tuża wkoll mezz ġdid biex tkopri komunikazzjoni live u avvanzati matul il-fiera internazzjonali tal-karozzi għal din is-sena – 2019 International Motor Show (IAA). 

    L-għan huwa li l-klijenti jkunu pprovduti b’kontenut biex ikollhom idea ta’ dak li se jkun esibit waqt il-fiera. It-Tweets li jirrelataw mal-IAA se jkunu qed ikopru per eżempju soluzzjonijiet sostenibbli għall-mobilità u jipprovdu informazzjoni fuq numru ta’ premiers internazzjonali u forom oħra ta’ avvenimenti.