“Ma! Tweġġagħnix!” - Omm bi stallet f’qalbha tikkura lil binha li jitlef demm bla kontroll

    Christopher Stephens għandu haemophilia A u konsegwentament f’ġismu jinġabar demm magħqud minħabba nuqqas ta’ tip ta’ proteina. B’sempliċiment girfa żgħira iċ-ċkejken ta’ sentejn jista’ jitlef ħafna demm.

    Biex jevita dan it-tifel għandu bżonn ta’ mediċina kull ftit ġranet. Li jiġri hu li permezz ta’ tubu li jgħaddi minn sidru, huwa jirċievi mediċina fis-sistema tad-demm.

    Iżda issa s-Servizz Nazzjonali għas-Saħħa fl-Ingilterra qabel li jinħoloq fond biex tingħata terapija  għal pazjenti bħalu. Din il-mediċina se tkun qiegħda tingħata darba fil-ġimgħa jew darba kull ħmistax u se tkun tikkonsisti f’injezzjoni taħt il-ġilda.

    It-tobba ta’ Christoper qegħdin jirrakkomandaw li ċ-ċkejken jibqa’ fuq it-trattament li qiegħed jieħu, iżda jikkunsidraw li t-tifel jaqleb għat-trattament il-ġdid la jikber ftit ieħor.

    Ommu Chirsty qalet li mingħajr it-trattament hemm possibilità qawwija li binha jitlef ħafna demm kull ġimgħa jew saħansitra kuljum.

    L-omm spjegat li l-aktar ħaġa li tweġġagħha hija meta binha jgħidilha “Ma! Tweġġagħnix!” meta tkun qiegħda tagħtih l-injezzjoni.