Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara li waqa' waqt li kien fuq tal-linja

    Raġel sofra ġrieħi wara li lbieraħ għall-ħabta tat-8.30 p.m kien involut f’inċident li seħħ fl-inħawi ta’ Kennedy Groove f’San Pawl il-Baħar, direzzjoni lejn Triq il-Kosta.

    Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li Taljan ta’ 21 sena kien sofra ġrieħi meta waqa’ waqt li kien fuq tal-linja.

    Ir-raġel ittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.