Fiorentina jilħqu ftehim ma’ Franck Ribery

    Fiorentina laħqu ftehim mal-attakkant Franċiż, Franck Ribery, biex jingħaqad magħhom għas-sentejn li ġejjin.

    Ribery huwa aġent ħieles hekk kif ma ġeddidx il-kuntratt tiegħu ma’ Bayern Munich wara 12-il sena jilgħab magħhom fejn rebaħ bosta unuri fosthom  disa’ kampjonati.

    Il-player ta’ 36 sena mistenni jasal Firenze, l-Erbgħa, biex isirlu t-test mediku.