Żewġ persuni l-isptar wara li ntlaqtu minn karozza fil-Marsa

    Żewġ persuni ndarbu wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8.30 a.m kienu involuti f'inċident stradali li seħħ fi Triq Xatt l-Għassara fil-Marsa.

    Minn stħarriġ illi sar irriżulta li żewġ persuni sfaw milqutin minn karozza misjuqa minn mara ta’ 28 sena mill-Imqabba. Il-persuni milqutin huma żewġt irġiel, Malti ta’ 46 sena minn Ħal Tarxien u Rumen ta’ 35 sena residenti l-Mosta.

    Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistewhom sakemm ttieħdu lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.