Aaron Ramsey qed jidra l-ambjent ġdid Taljan

    Il-player ta’ nofs il-ground ta’ Juventus Aaron Ramsey ġie intervistat wara l-aħħar partita ta’ ħbiberija li i Bianconeri kellhom kontra Triestina u li rebħu bl-iskor ta’ 1-0. L-ex player ta’ Arsenal  minn Wales qal li kien kuntent bid-debutt tiegħu maċ-champions Taljani. Huwa sostna li jrid jadatta għall-ambjent il-ġdid Taljan wara aktar minn għaxar snin jilgħab fl-Ingilterra u fuq kollox l-iskemi tattiċi tal-kowċ il-ġdid Maurizio Sarri.

    Ramsey qal li hu kellu ċ-ċans jesperjenza sew il-pre-season  u tenna kemm ħadmu ħafna mhux biss fuq il-fiżika iżda wkoll fuq it-teknika sabiex ikunu lesti għall-ewwel impenn uffiċjali fis-Serie A fi tmiem il-ġimgħa li ġej.

    Kien Paulo Dybala li skorja l-uniku gowl tal-partita sabiex spiċċaw dan il-pre-season bl-aħjar mod possibbli.