AĠĠORNAT: Jinbidel il-post ta' Summer Daze... Se jimxi għal UNO

    Aġġornat:

    Ġie mħabbar li l-Festival Summer Daze se jkun qed jimxi għal UNO f'Ta Qali u se jkun qed jibda għall-ħabta tas-7:00pm.

    Aktar qabel:

    Il-Festival Summer Daze ġie pospost bi ftit sigħat minħabba prekawzjonijiet mill-elementi tat-temp li xejn ma jidher li se jgħinu fl-attivitajiet tal-lejla.

    Fl-aħħar sigħat inewsmalta kitbet dwar twissijiet ta’ riħ qawwi li kien mistenni jolqot il-gżejjer Maltin. L-organizzaturi ta’ dan il-festival qegħdin jieħdu miżuri sabiex jaċċertaw is-sigurtà għal kull min beħsiebu jattendi hekk kif illejla ir-riħ mistenni jkompli jitqawwa.

    Għal din ir-raġuni, il-festival ser jinfetaħ fid-9.00 p.m u mhux aktar kmieni waranofsinhar kif kien pjanat.

    Għal aktar informazzjoni żur:

    https://www.facebook.com/SDMFestival/photos/a.948812771962739/1260761307434549/?type=3&theater