Omm twissi dwar persuni suspettużi f'Marsaskala li allegatament staqsew lil bintha jekk kinitx waħedha l-bandli

    Il-Pulizija qiegħda tinvestiga dwar persuni allegatament barranin li fl-aħħar sigħat dehru suspettużi f’Marsaskala.

    Omm li qasmet l-esperjenza tagħha spjegat kif ħin ta’ rilassament inbidel f’wieħed pjuttost stressanti. Spjegat li waqt li kienet qiegħda tisqi tarbija, bintha l-oħra ta’ sitt snin kienet qiegħda tilgħab ftit metri bogħod meta ġiet avviċinata minn żewġ tfajliet li staqsewha mistoqsijiet bħal jekk kinitx waħedha jew jekk kienx hemm ommha biss jew anke missierha.

    Skont ma rrapurtat din l-omm mal-Pulizija, dawn iż-żewġ tfajliet ma kinux waħedhom iduru l-bandli u magħhom kien hemm raġel u mara oħra tal-istess karnaġġjon.

    Hija appellat biex il-ġenituri jieħdu ħsieb ma jitilqux lil uliedhom minn taħt għajnejhom.