Philippe Coutinho jippreferi lil Paris St Germain

    Barcelona kkonfermaw li Bayern Munich huma interessati li jassiguraw is-servizzi ta’ Philippe Coutinho dan ix-xahar.

    L-internazzjonali Brażiljan naqas milli jħalli impatt mindu ngħaqad fin-Nou Camp f’Jannar 2018 fejn skorja ħames goals biss f’La Liga l-istagun li għadda.

    Iċ-champions Spanjoli kienu lesti li joffru lil Coutinho lil Paris Saint-Germain bħala parti mill-ftehim għal Neymar, iżda PSG irrifjutaw din l-offerta.

    Peró, il-fatt li Neymar jinsab viċin li jħalli lill-klabb issa l-affarijiet ħadu xejra oħra hekk kif PSG mistennija jaċċettaw li jirċievu flus u player.

    Għaldaqstant filwaqt li Bayern għadhom qed jinsistu li jiffirmaw lil Coutinho, dan tal-aħħar informa lid-diriġenti Katalani li huwa lest li jmur jilgħab fil-kampjonat Franċiż.