Il-Ministru Mizzi jwissi dwar messaġġi minn account falz

    Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi fl-aħħar ħin kiteb fuq il-profil tiegħu li xi ħadd b'mod illegali ħoloq Messenger account falz fuq Facebook b’ismu u minnu qed jintbagħtu messaġġi li mhux ġejjin mingħandu.

    Mizzi talab lil pubbliku biex ma jagħtix każ dawn il-messaġġi u jirrapurtaw dan l-account.