Paris St Germain iżidu l-interess f’Gianluigi Donnarumma

    Paris Saint-Germain żiedu l-interess tagħhom fit-tentattiv biex jiffirmaw lill-goalkeeper ta’ Milan, Gianluigi Donnarumma.

    Jidher li ċ-champions Franċiżi reġgħu għamlu kuntatt ma’ Milan dwar id-disponibbiltá tal-player ta’ 20 sena li jista’ jħalli San Siro jekk jirċievu offerta tajba.

    Minkejja li ż-żewġ klabbs għadhomiridu jaqblu dwar is-somma nvoluta, l-internazzjoanli Taljan huwa viċin li jilħaqftehim personali mal-Pariġini.

    Donnarumma, li għad fadallu tliet snin fuq il-kuntratt tiegħu, għamel total ta’ 160 dehragħar-Rossoneri fil-kompetizzjonijiet kollha mindu ngħaqad magħhom mingħand Napoli fl-2013.