Bosta offerti għal Daniel Sturridge

    Daniel Sturridge rċieva offerti mingħand bosta klabbs fosthom  u DC United wara li sar aġent hieles dan is-sajf.

    L-attakkant li lagħab 27 partita għal Liveprool l-istaġun li għadda, ġie rilaxxat miċ-champions Ewropej wara li ntemmlu l-kuntratt tiegħu f’Anfield.

    Fenerbahce offrew lil Sturridge kuntratt li jista’ jarah jaqla’€64,000 fil-gimgħa, filwaqt li DC United huma fost il-klabbs tal-MLS li huma nteressati fih.

    Madankollu Sturridge ġibed interess minn 13-il klabb madwar id-dinja.

    Fost il-klabbs l-oħra li huma herqana li jiffirmaw lill-player ta’ 29 sena huma, Besiktas, Trabzonspor, Marseille, Eintracht, Frankfurt, Real Betis u Atlanta.