Jitfakkar is-77 anniversarju mill-wasla tal-Konvoj magħruf bħala ‘Ta’ Santa Marija’

    Fil-Port il-Kbir saret il-kommemorazzoni tas-77 anniversarju mill-wasla tal-Konvoj magħruf bħala ‘Ta’ Santa Marija’.  Dan il-konvoj kien wassal f’Malta provvisti essenzjali fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija.  Il-konvoj kien daħal f’pajjiżna fil-15 ta’ Awwissu tas-sena 1942.

    Il-President Malti stqarr li din iċ-ċerimonja hija ċelebrazzjoni ta’ qlubija u determinazzjoni tal-popolazzjoni Maltija li rnexxielhom jibnu mill-ġdid pajjiż modern u paċifiku, pajjiż li nistgħu ngawdu llum il-ġurnata.

    Xena li għal ħafna snin baqgħet f’moħħ ħafna Maltin li kienu inġabru madwar il-port kienet dik tat-tanker Ohio, nofsu mgħarraq u mwieżen biex jidħol fil-port. Miegħu daħal ukoll il-vapur “Brisbane Star”. L-Ohio kien ġie rmunkat taħt l-għolja ta’ Kordin fejn tnizzlu l-provvisti kollha.