“M'għandix bżonn avukati! Dal-pajjiż spiċċa! Ħa nibqgħu 500 sena lura!” - L-Amerikana tirreaġixxi

    “Dal-pajjiż spiċċa! Ħa nibqgħu 500 sena lura!” Din kienet l-ewwel reazzjoni tal-Amerikana f’intervista li tat lil Xarabank. 

    L-Amerikana qalet li minkejja li hi kwieta ħadd ma jagħmel li jrid biha. Hija żiedet tgħid li hi m’għandhiex bżonn avukati. Hija sostniet l-argument tagħha billi qalet li ħadd ma jindaħal x’tagħmel hi. 

    Hija qalet li hi tmur f’dawn il-postijiet rasha mistrieħa u ma tmurx għand kull minn jistedina. Tenniet tgħid li hi għandha l-età tagħha u tmur dawn l-attivitajiet ta’ ħbieb li ħafna drabi tkun ilha tafhom sa minn meta kienu tfal.

    Dan wara li fl-aħħar jiem filmat tagħha ssuttata bil-bajd qajjem kontroversja hekk kif kien qiegħed jiċċirkola fl-applikazzjoni WhatsApp. Minkejja dan, din il-mara ċaħdet li f’din l-okkażjoni hija ġiet ‘abbużata’ għax kienet tat il-kunsens tagħha lil dawk preżenti. 

    Dan il-filmat wera b’mod espliċitu grupp ta’ rġiel iwaddbu ammont sostanzjali ta’ bajd lil din il-mara waqt bachelors party li organizzaw. Fl-istess filmat deher li kien hemm preżenza ta’ tifel taħt l-età, filwaqt li nstema’ l-leħen tal-istess mara tidgħi, tirrabja u tgħidilhom li hija kienet qiegħda tweġġa’.