Delia jħeġġeġ lil Muscat biex jimxi b'qalbu u jdaħħal l-immigranti li jinsabu bejn sema u ilma

    F’messaġġ imqanqal fl-aħħar sigħat il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li huwa minnu li pajjiżna huwa wieħed mill-iżgħar pajjiżi fid-dinja u li ma nistgħux nassumu r-responsabilità ta’ pajjiżi akbar fejn tidħol id-distribuzzjoni tal-immigranti.

    Minkejja dan Delia qal li hija xi ħaġa inaċċettabbli li waqt li aħna qegħdin ingawdu l-btajjel tas-sajf, ħafna persuni, inklużi tfal qegħdin jivvjaġġaw bejn sema u ilma f’xemx tiżreġ.

    Huwa ħeġġeġ lill-gvern biex jgħin lil dawn il-persuni kemm jista’ jkun malajr u minn hemm tibda ħidma biex dawn jitqassmu bejn stati membri tal-Unjoni Ewropea.

    Delia temm jgħid li minkejja li pajjiżna huwa żgħir għandna qalb kbira u li nistgħu nkunu ta’ eżempju billi npoġġu l-ħajjiet l-ewwel u qabel kollox.