Il-virus tal-Ebola daqt jista’ jiġi mfejjaq

    Mil-ambjent mediku ħarġet aħbar mill-aktar pożittiva u dan hekk kif xjentisti ħabbru li l-virus tal-Ebola daqt se jkun jista’ jiġi kkurat kompletament. Dan ħabbru wara li ġie rreġistrat suċċess minn żewġ tipi ta’ mediċina.

    Il-virus tal-Ebola ħoloq allarm ġdid fl-aħħar ġimgħat meta dan reġa’ beda jinfirex. Issa ix-xjentisti jinsabu sodsifatti wara li ppruvaw mediċina ġdida fuq erba’ pazjenti. Dawn l-erba’ pazjenti huma mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Minn erba’ tipi ta’ medicina ittestjati fuq pazjenti, tnejn instabu li ħallew riżultat effettiv ħafna. Din il-mediċina se tibda tintuża fuq il-pazjenti kollha li għandhom dan il-virus qerriedi. irid jingħad li fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo l-Ebola bdiet tinfirex minn Awissu tas-sena li għaddiet, bil-pajjiż jispiċċa fi kriżi. L-ewwel darba li hareg dan il-virus kien 43 sena ilu.