Il-UEFA Super Cup se tkun ikkontrolla minn referee femminili għall-ewwel darba

    Stephanie Frappart qalet li se turi li uffiċali femminili huma kompetenti daqs dawk maskili meta llum se ssir l-ewwel mara li se tirreffja finali kompetittiva tal-UEFA fil-logħba għas-Super Cup Ewropea bejn Liverpool u Chelsea.

    Il-Franċiża Frappart, 35 sena, se tkun assistita mill-kompatrijotta tagħha, Manuela Nicolosi u mill-Irlandiża Michelle O’Neill.

    It-trio diġa’ ħadmu flimkien f’logħbiet kbar meta kienu fl-inkarigu tat-Tazza tad-Dinja tal-Nisa li saret fi Franza aktar kmieni dan is-sajf, iżda m’hemmx dubju li se jkunu taħt iffukar intens fil-Vodafone Park ta’ Istanbul.

    Mistoqsija jekk hijiex qed tibża’ li tkun “kritikata doppju” għal xi żbalji, Frappart qalet li wasal iż-żmien għar-referees femminil li juru li huma tajbin daqs l-irġiel.

    “Irridu nippruvaw lilna nfusna teknikament u fiżikament li aħna l-istess daqs l-irġiel. M’aħniex qed nibżgħu minn deċiżjonijiet ħżie­na. Ninsabu lesti,” hija qalet waqt konferenza stampa.

    Frappart, li f’April li għadda saret l-ewwel referee mara li kkontrollat logħba f’Ligue 1, anke warrbet l-idea li hija iktar diffiċli li tirreffja logħba tal-irġiel.

    “Naħseb li m’hemmx daqstant differenza għax il-football huwa l-istess. Ir-regolamenti huma l-istess u għalhekk se nagħmel l-istess bħal f’logħba tan-nisa,” hija żieded tgħid.

    Il-manager ta’ Chelsea, Frank Lampard, qal li jinsab kuntent li se jkun parti minn mument fl-istorja.

    “Naħseb li l-logħba għamlet passi kbar f’ħafna modi f’dik li hija t-Tazza tad-Dinja tan-nisa, li kollha rajna dan is-sajf, f’termini ta’ kemm rispett qed tikseb, kemm qed jarawha nies u l-interess fil-logħba,” huwa qal.

    “Naħseb li aħna kajmana kullimkien fuq din u issa qed nippruvaw nagħmlu passi ‘l qud-diem iżda għad hemm triq twila, u f’termini ta’ għada naħseb li huwa mument kbir.

    “Huwa mument storiku li huwa tarġa oħra fid-direzzjoni t-tajba,” temm jgħid Lampard.

    Ir-raba’ uffiċjal, li huwa r-referee Tork, Cuneyt Cakir, se jissapportja lit-trio, meta qal: “Huma kuraġġjużi, għandhom il-kuraġġ, ma joqogħdux jaħsbuha biex jagħmlu deċiżjonijiet mhux popolari ....”