Daniele Rugani viċin Roma

    Diriġenti ta’ Roma u Juventus ser ikunu qed jiltaqgħu fis-sigħat li ġejjin sabiex jiddiskutu t-trasferiment tad-difensur ta’ Juventus Daniele Rugani. Il-coach tal-Giallorossi Paulo Fonseca jrid b’saħħa lil dan il-player għax iħoss li joqgħod sew għall-pjanijiet tattiċi tat-team.

    Rugani, li għandu 25 sena, jixtieq ibiddel it-team għax jaf li ma’ Juventus postu mhux ser ikun assigurat aktar u aktar meta l-club ħa lil Matthijs de Ligt mingħand Ajax.

    Minkejja li kien hemm l-interess ta’ Wolverhampton Wanderers u Arsenal fil-ġimgħat li għaddew, Rugani xtaq jibqa’ jilgħab fis-serie A u l-belt kapitali Taljana tista’ tkun soluzzjoni tajba għalih.