Inter wara Thomas Meunier

    Inter jinsabu interessati fid-difensur lemini ta’ Paris St Germain Thomas Meunier. Dan tal-aħħar għandu 27 sena u hu ta’ nazzjonalita’ Belġjana. Hu ilu mat-team mill-belt kapitali Franċiża sa mis-sena 2016 fejn lagħab 69 partita u skorja tmien goals. Dan il-player jogħġob ħafna lill-coach il-ġdid ta’ Inter Antonio Conte tant li ta parir lid-diriġent Giuseppe Marotta sabiex imur għalih.

    Meunier, li lagħab 36 partita għat-team nazzjonali Belġjan, jista’ jkun pedina importanti għal Inter li diġa’ akkwistaw lill-kompatrijott Romelu Lukaku mingħand Manchester United. Hu jiskadilu l-kuntratt fis-sena 2020 bil-player li jidher favorevoli għal dan it-trasferiment.