Steven Nzonzi u Maime Gonalons se jitilqu lil Roma

    Żewġ players ta’ Roma jinsabu lesti sabiex jitilqu lill-club u jsibu xortihom x’imkien ieħor. Dawn huma Steven Nzonzi u Maxime Gonalons li qed jinteressaw lil Galatasary u Bordeaux rispettivament. Jidher li dawn iż-żewġ players mhux qegħdin fil-pjanijiet tal-kowċ Paulo Fonseca u b’hekk ingħataw parir li jfittxu tim ieħor.

    Nzonzi għandu 30 sena u jilgħab bħala midfielder difensiv. Hu kien qed jilbes il-flokk numru 42 u fi staġun kemm ilu mal-Giallorossi lagħab 30 partita u skorja goal wieħed biss.

    Min-naħa ta’ Gonalons, dan għandu 30 sena u wkoll jilgħab bħala midfielder difensiv. Huwa ngħaqad mat-team mill-belt kapitali Taljana fis-sena 2017 fejn lagħab 16-il partita iżda ma skorja l-ebda goal. Fl-istaġun li għadda hu kien misluf lil Seville.