Gabigol: jibqa’ ma’ Inter jew le?

    Jista’ Gabigol jingħata ċans ieħor fit-team ta’ Inter? Il-wirjiet riċenti li ta mat-timijiet Brażiljani ta’ Santos u Flamengo jistgħu jikkonvinċi lid-diriġenti Neroazzurri biex iħalluh fl-iskwadra għall-istaġun li ġej?

    Ħafna qalu li tliet snin ilu dan il-player kien ġie bi stennija kbira li ser jiskorja ħafna goals iżda minflok bejn injuries u nuqqas ta’ serjeta’ waqt it-taħriġ ġie maqlugħ ‘il barra mill-iskwadra. Tant hu hekk li f’disa’ partiti milgħuba, huwa skorja goal wieħed biss.

    Minkejja din id-diskussjoni, il-coach Antonio Conte ma jqisx lil Gabigol bħala parti mill-pjanijiet tiegħu għall-istaġun li ġej.

    Intant, il-club Franċiż ta’ Nice qed jissemma’ li jista’ jikseb is-servizzi tiegħu. F’dawn l-aħħar tliet snin, Gabigol kien misluf ma’ Benfica, Santos u Flamengo.