“Messi huwa player eċċellenti... perĂ³ jien aqwa minnu!”

    L-attakkant internazzjonali Portugiż, Cristiano Ronaldo, saħaq waqt intervista li huwa aħjar mill-internazzjonali Arġentin, Lionel Messi, hekk kif iż-żewġ players jiġu mqabbla ma’ xulxin.

    Huwa qal: “Bla dubju, jien l-aqwa player. Id-differenza bejni u bejn Lionel hija li jien lgħabt għal bosta clubs u rbaħt il-UEFA Champions League. Jien spiċċajt ukoll l-aqwa skorer f’din il-kompetizzjoni għal sitt darbiet konsekuttivi. Hemm bosta players li rebħu dan l-unur għal ħames darbiet. Jien nidentifika lili nnifsi f’din il-kompetizzjoni.

    “Messi huwa player eċċellenti ... u se jibqa’ jissemma’ għal għexieren ta’ snin għax  huwa wieħed mill-aqwa players li qatt ipproduċa l-football.

    “Peró jien aqwa minnu.”