Inter għadhom jinsistu fuq Ivan Rakitic

    Hekkkif Inter kisbu s-servizzital-attakkant Belġjan Romelu Lukaku mingħand Manchester United u jinsabu ferm viċin li jieħdu wkoll lill-iskorer prolifiku Bosnijak Edin Dzeko, il-coach Antonio Conte għadu mhux kuntent u jixtieq kif jgħidu ċ-ċirasa fuq il-kejk.

    Dan jista’ jkun il-midfielder offensiv ta’ Barcelona Ivan Rakitic illi jinsab favorit li jitlaq lil Blaugrana u jfittex destinazzjoni oħra. Issemma’ wkoll Arturo Vidal li Conte jafu sew fiż-żmien meta kien jikkowċja lil Juventus għalkemm Rakitic jibqa’ l-iktar wieħed favorit.

    Dan il-player jixtieq jibda avventura ġdida fl-Italja wara ħames snin jilgħab fil-belt Katalana fejn skorja 24 goal f’169 partita.