Napoli jintensifikaw l-isforzi tagħhom għal Hirving Lozano

    L-aġent magħruf, Mino Raiola, jinsab fil-belt ta' Napoli sabiex jiltaqa' mad-direttur sportiv, Cristiano Giuntoli, fit-tentattiv li jiftiehem id-dettalji tat-trasferiment tal-attakkant Messikan ta' PSV Eindhoven, Hirving Lozano. Jidher li dan it-trasferiment ser iseħħ u li dawn huma sigħat deċiżivi sabiex isir realta'. Fil-verita' l-coach ta' Napoli Carlo Ancelotti ilu jgħid li għandu bżonn lil dan il-player u d-diriġenti Naplitani mistennija jikkuntentawh.

    Hekkkif l-Eredivisie Olandiżabeda l-istaġun tiegħu l-attakkant ta' 24 senabeda mal-ewwel 11 fil-konfront kontra Den Haag  għalkemm kellu joħroġ mill-ground minħabba injury.

    Lozano spikka ferm fl-aħħar Tazza tad-Dinja li ntlagħbet fir-Russja u ma' PSV Eindhoven lagħab 59 partita u skorja 34 goalsaminn meta ngħaqad magħhom fis-sena 2017. Il-player kapaċi jilgħab ukoll bħala winger u dan kollu jogħġob lill-istess Ancelotti li ħeġġeġ lid-diriġenti tiegħu sabiex fl-aħħar ta' din il-ġimgħa huwa jkun parti mill-iskwadra Partenopea.