Politiku Ġermaniż iwissi lill-Istati Uniti biex tneħħi l-armi nukleari fil-pajjiż jekk tirriloka t-truppi għall-Polonja

    Politiku Ġermaniż qal li l-Istati Uniti għandha tneħħi l-armi nukleari mill-pajjiż u teħodhom lura l-isatti Uniti. Dan fl-eventwalità li truppi Amerikani fil-Ġermanja jiġu rilokati fil-Polonja.

    Dietmar Bartsch (ritratt), iċ-ċermen tal-Partit tax-Xellug, ilbieraħ qal li jekk l-Istati Uniti tiddeċiedi li tirtira t-truppi tagħha, allura huma għandhom jieħdu l-armi nukleari tagħhom magħhom.

    Huwa żied jgħid li “ovvjament huma għandhom jieħdu l-armi lejn pajjiżhom u mhux il-Polonja”.

    Huwa għamel ir-rimarki tiegħu b’reazzjoni għat-theddid tal-Ambaxxatur Amerikan għall-Ġermanja, Richard Grenell, li qal li l-Pentagon se jkun qed jirriloka t-truppi stazzjonati fil-Ġermanja lejn il-Polonja ladarba il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel tonqos milli żżid in-nefqa militari bħala parti mill-kontribuzzjoni għall-alleanza militari tan-NATO.

    Il-President Amerikan Donald Trump kemm-il darba kkritika lill-membri tan-NATO talli naqsu li jonfqu 2% tal-Prodott Domestiku Gross fuq id-difiża.