[FILMAT] Kaos f'Katanja … Jiġu fl-idejn il-fazzjonijiet li jappoġġjaw lil Salvini u dawk ta' kontra

    Iż-żjara tad-Deputat Prim Ministru Taljan Matteo Salvini f’Katanja xejn ma kien feliċi. Dan hekk kif fi Pjazza Duomo quddiem il-binja tal-muniċipju lokali inġabru għadd kbir ta’ dimostranti lkoll juru d-diżapprovazzjoni tagħhom fil-konfront tal-istess Salvini.

    Madankollu x-xejra tad-dimostrazzjoni ħadet ukoll xejra xi ftit jew wisq vjolenti hekk kif kienu rapportati inċidenti bejn grupp ta’ dimostranti li jappoġġjaw lill-istess Salvini u dawk li ma jappoġġjawhx.

    Kellhom jintervjenu l-qawwiet tal-ordni tal-belt biex jifirdu liż-żewġ fazzjonijiet, madankollu s-sitwazzjoni għadha waħda kkaratterizzata minn tensjoni kbira.