Lucas Moura jiffirma kuntratt ġdid ma’ Tottenham

    L-attakkant internazzjonali Brażiljan, Lucas Moura, iffirma kuntratt ġdid ma’ Tottenham Hotspur għall-ħames snin li ġejjin.  

    Huwa ġie ppremjat wara li mpressjona fil-prestazzjonijiet tiegħu, l-aktar lejn tmiem l-istaġun.

    Għaldaqstant huwa ngħata estensjoni sal-2024.

    Dan il-player ta’ 26 sena skorja 10 goals fi 38 partita fil-kompetizzjonijiet kollha għal Spurs mindu ngħaqad mal-klabb minn Londra minghand Paris St Germain, f’Jannar 2018.