Sewwieq jibqa' dieħel fi traffic lights u joqtol mara minħabba ''brimba fis-saqaf''

    Sewwieq ta’ vettura tat-tip Mercedes Benz spjega li hu qatel mara li kienet miexja minħabba brimba li kienet qiegħda mas-saqaf tal-vettura tiegħu u li spiċċat tilfitlu l-konċentrazzjoni.

    Edvinas Gilius baqa’ dieħel fi traffic light u konsegwentament qatel lil Janet Cawood. Minkejja li l-mara ta’ 58 sena ttieħdet b’emerġenza l-isptar, hija sfortunatament tilfet ħajjitha minħabba ġrieħi li sofriet fl-inċident. L-inċident seħħ fit-3 ta’ Awwissu u l-akkużat jista’ jeħel sentenza ta’ priġunerija. 

    Filwaqt li l-akkużat wieġeb ħati tal-qtil, l-avukat tiegħu ddefendih u qal li l-klijent tiegħu kien ammetta sa mill-bidu nett bl-inċident. Il-Pulizija ma naqsitx milli tinvestiga dwar il-possibilità li l-akkużat kien fuq il-mowbajl qabel l-imsemmi inċident, iżda ma jidhirx li kien il-każ.

    Is-sentenza mistennija tingħata fis-sitta ta’ Settembru li ġej.