Maxime Gonalons ser jitlaq lil Roma

    Wara li ġie kkonfermat li Steven Nzonzi ser iħalli lil Roma sabiex jingħaqad ma’ Olympique Marseille jew Olympique Lyon, issa tħabbar li anke l-plejer ta’ nofs il-grawnd Franċiż Maxime Gonalons ser iħalli lill-klabb mill-belt kapitali Taljana.

    Il-player ta’ 30 sena ser ikun qed itemm perjodu ta’ sentejn mal-Giallorossi li mhux li tant kien sodisfaċenti. Fil-fatt sa minn meta ngħaqad magħhom fis-sena 2017 hu lagħab biss 30 partita filwaqt li matul l-istaġun li għadda kien misluf ma’ Seville.

    Aktar qabel Gonalons kien jilgħab ma’ Olympique Lyon fejn qatta’ madwar tmien snin.