Il-British Airways tissospendi t-titjiriet kollha minn u lejn Cairo minħabba biża' ta' attakki mill-ISIS

    Il-British Airways issospendiet it-titjiriet kollha minn u lejn Cairo għal mill-anqas sebat ijiem minħabba biża' ta' attakki terroristiċi. Dan wassal għal delużjoni fil-pjanijiet ta’ mijiet ta’ familji li kellhom pjanata safra indimentikabbli għall-btajjel tas-sajf.

    Din id-deċiżjoni ttieħdet bħala prekawzjoni minħabba riskju kbir li l-ISIS jinsabu fl-Eġittu biex jagħmu l-ħsara. Minkejja li l-attakki tagħhom fl-Eġittu mhix xi ħaġa ġdida, jidher li hemm ir-riskju li din l-attività tkun qiegħda tiżdied anke fil-kapitali Eġizzjana. L-ISIS immumbardjaw jet Russu li kien qiegħed jivvjaġġa fuq id-deżert ta’ Sinaj lura fl-2015 u ħalla 224 persuna mejta.

    Skont rapporti barranin minkejja li din is-sospensjoni hija deċiżjoni ta’ prekawzjoni, huwa mifhum li bosta kienu dawk li ilmentaw mill-inefiċjenza tal-linja tal-ajru. Intant persuna li tkellmet mal-midja Ingliża qalet li n-neputi tagħha jinsab deluż ferm wara li kien ilu xhur jistenna dawn il-btajjel.