Christian Eriksen ma’ Atletico Madrid?

    Atletico Madrid se jagħmlu tentattiv biex jiksbu lil Christian Eriksen, 27 sena, mingħand Tottenham jekk huma jonqsu li dan is-sajf jakkwistaw lill-Kolumbjan James Rodriguez mingħand Real Madrid.

    Iżda Spurs se jkabbru l-isforzi tagħhom biex jipperswadu lill-internazzjonali Daniż biex jiffirma kuntratt ġdid li jiswa iktar mid-doppju tas-salarju li għandu bħalissa ta’ £4 miljun (£80,000 fil-ġimgħa) salarju fis-sena.