L-Iran se jibda l-bini tat-tieni fażi ta' impjant għal enerġija nukleari x-xahar li ġej flimkien mar-Russja

    Ali Akbar Salehi (ritratt), il-kap tal-Organizzazzjoni Iranjana għall-Enerġija Atomika, qal li l-bini tat-tieni fażi tal-implant għal enerġija nukleari se jkun qed jibda x-xahar li ġej b’koperazzjoni mar-Russja.

    Salehi għadda dawn ir-rimarki waqt laqgħa mal-membri tal-Kummissjoni Iranjana għall-Enerġija llum.

    Waqt din il-laqgħa kien preżentat rapport dwar l-aktar stat aġġornat tal-attivitajiet nukleari tal-Iran.